500 persuna l-Qorti minħabba l-kaċċa u l-insib

Fl-aħħar ħames snin tressqu 506 persuna l-Qorti b’każi dwar ksur tal-liġijiet dwar kaċċa u nsib.
217 persuna l-Qorti minħabba kaċċa llegali.
Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia ppubblika figuri fil-Parlament li juru li 217 persuna tressqu l-Qorti b’rabta ma’ ksur tal-provedimenti fil-liġi dwar Konservazzjoni ta’ Għasafar Selvaġġi.
80% tal-persuni mressqa l-Qorti akkużati bi ksur tar-regolamenti tal-kaċċa nstabu ħatja.
L-2014 kienet l-aktar sena li fiha ġew imressqa persuni l-Qorti, bi 83 każ li jfisser kważi d-doppju tal-medja ta’ persuni li ġew imressqa fil-Qorti b’rabta mal-kaċċa fl-aħħar ħames snin. Minnhom 74 instabu ħatja, 8 persuna ġew illiberati u persuna waħda kien għad fadlilha s-sentenza pendenti.
Dwar l-insib, fl-aħħar ħames snin tressqu 289 persuna l-Qorti b’insib illegali.
Fil-figuri ppubblikati fil-Parlament, il-Ministru Farrugia jgħid li 263 minnhom, iġifieri 91% ta’ dawk li tressqu l-Qorti nstabu ħatja.
Fl-2017, tressqu 47 persuna l-Qorti iżda 16 minnhom, iġifieri 34% minnhom ġew illiberati mill-akkużi miġjuba kontrihom.
Matul dawn il-ħames snin, l-akbar numru ta’ persuni tressqu fl-2013 fejn 87 tressqu l-qorti u 78 minnhom instabu ħatja.
F’Malta hawn 10,517 persuni għandhom xi tip tal-liċenzja ġenerali tal-kaċċa li minnhom 3,007 għandhom  il-liċenzja ġenerali tal-insib tal-għasafar. Hawn ukoll 4,534 persuni b’liċenzja ġenerali tal-insib tal-għasafar.
Il-figuri kollha ġew ipubblikati mill-ministri kkonċernati għall-mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina. 

!function(e,t,s,i){var n=”InfogramEmbeds”,o=e.getElementsByTagName(“script”)[0],d=/^http:/.test(e.location)?”http:”:”https:”;if(/^/{2}/.test(i)&&(i=d+i),window[n]&&window[n].initialized)window[n].process&&window[n].process();else if(!e.getElementById(s)){var r=e.createElement(“script”);r.async=1,r.id=s,r.src=i,o.parentNode.insertBefore(r,o)}}(document,0,”infogram-async”,”https://e.infogram.com/js/dist/embed-loader-min.js”);