​50 żona dedikati għall-għawm fil-gżejjer Maltin

L-Awtorità għat-Trasport se tħejji mal-50 żona dedikati għall-għawm madwar il-gżejjer Maltin.
Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal dan waqt it-tnedija tal-kampanja edukattiva ‘Fuq il-Baħar Kun Prudenti’.
Din il-kampanja għandha l-għan li tiżdied ir-responsabbiltà ta’ dawk li jsuqu opra fuq il-baħar jew l-għawwiema, hekk kif qed joqrob is-sajf. 
Il-Ministru Ian Borg qal li mhux aċċettabbli li jkun hemm min iħallat id-divertiment mas-sustanzi bħall-alkoħol u fakkar li wieħed dejjem għandu iżomm mal-limiti tal-veloċità. 
Sostna li l-edukazzjoni waħidha mhux biżżejjed u hemm bżonn l-infurzar.
Semma kif is-sena l-oħra saru mad-900 spezzjoni fuq il-baħar, fejn instab li iktar minn nofshom ma kienux qed jimxu mar-regolamenti. 
Il-Ministru Borg qal li din is-sena, hekk kif lanqas għadu beda l-istaġun tas-sajf, diġà saru saru 251 spezzjoni li minnhom 158 bastiment instabu li qed jimxu mar-regoli.