50 xtilliera għar-roti f’Għawdex

Bdew jitwaħħlu 50 xtilliera għar-roti(bicycle racks) f’postijiet prinċipali.
Fi stqarrija l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li din l-inizjattiva qed tittieħed bħala parti mill-istrateġija ta’ EkoGħawdex.
Spjegat li l-qisien tal-ixtillieri jvarjaw skont il-ħtieġa tal-lokalità. Żiedet tgħid li ma’ kull wieħed jistgħu jitrabbtu bejn ħames u 10 roti.
Il-Ministru Caruana qalet li din l-inizjattiva mhux biex toffri servizz għal min jivvjaġġa bir-rota iżda anke tippromwovi ħajja aktar sana billi tħeġġel lil dak li jkun juża r-rota, biex b’hekk jonqos it-traffiku, it-tniġġis u l-istorbju.
Ritratt: MGOZ: George Scerri