50% tal-firem f’Malta inġabru f’inizjattiva ġdida biex iħarsu l-embrijuni umani

“L-embrijun uman huwa wieħed minna, għinuna nipproteġuh u nirrispettaw id-dinjità u l-integrità tiegħu.” Din hi l-inizjattiva tas-sit OneofUs. 

F’dan is-sit wieħed jista’ jsib artikli oħra dwar l-organizzazzjoni, kif ukoll kif tinsab is-sitwazzjoni tal-ġbir ta’ firem fil-pajjiżi fl-Ewropa. Kull pajjiż għandu bżonn minimu ta’ firem, skont il-popolazzjoni, filwaqt li jidher ukoll in-numru ta’ firem li nġabru diġà.

Il-petizzjoni qed issir sabiex l-Unjoni Ewropea twaqqaf kull attività li tinvolvi l-qerda tal-embrijun uman, speċjalment f'xi oqsma ta' riċerka. 

L-Awstrija, Spanja, l-Ungerija, Franza, l-Italja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Polonja, ir-Rumanija, u s-Slovakkja huma l-pajjiżi li qabżu l-minimu tal-firem mitluba.

F’Malta nġabru madwar 2,270 firma, u  minn tal-inqas 2,230 oħra jridu jinġabru.