50 sena żwieġ: Raġel jispjega x’inhi l-imħabba għalih

50 sena żwieġ: Raġel jispjega x’inhi l-imħabba għalih

Bill Forward, huwa Awstraljan li qed jiddedika ħajtu biex jieħu ħsieb lil martu, wara 50 sena ta’ żwieġ. Bill u Glad Forward jgħixu f’Sunshine Coast, l-Awstralja, wara li għaddew il-parti l-kbira ta’ ħajjithom jieħdu ħsieb l-orfni u l-morda bil-lebbra fl-Indja u r-Rumanija.

Minħabba li martu Glad tbati mill-marda tal-Alzheimer’s, hija ma tista tagħmel xejn weħidha, u b’hekk żewġha irid jieħu ħsieb il-bżonnijiet kollha tagħha.

Dan il-filmat inġibed minn Fiona Cameron, direttur tal-films li ilha taf il-koppja għal 15-il sena. Hija qalet li l-imħabba tal-koppja tant hi profonda, li ħasset li kellha taqsamha ma’ ħaddieħor biex min jarahom ikun jaf li din it-tip ta’ mħabba għadha teżisti.