50 sena ta’ Sesame Street

Kien bħal-lum 50 sena, nhar l-10 ta’ Novembru 1969, li fuq it-televiżjoni Amerikana tfaċċa għall-ewwel darba l-programm tat-tfal Sesame Street.

Il-programm għadu popolari sal-lum, u fil-fatt s’issa hemm 4,481 puntata.

Dan il-programm introduċa numru kbir ta’ karattri li baqgħu popolari sal-lum.

Minbarra l-programmi fuq it-televiżjoni, Sesame Street inħadmulu żewġ  films għaċ-ċinema, Follow That Bird, li nħareġ fl-1985 u Elmo in Grouchland li nħareġ fl-1999.

Kmieni din is-sena tħabbar li se jkun qed isir it-tielet film, musical bis-sehem ta’ Anne Hathaway.

Fl-Istati Uniti, din is-sena semmew ukoll triq għal din is-sensiela.

AQRA: Triq imsemmija għal Sesame Street