50 sena mill-għeluq ta’ Alcatraz, tiftaħ wirja ta’ ritratti ġodda

Il-ħabs ta’ Alcatraz fuq gżira fil-bajja ta’ San Francisco, għalaq għal kollox ħamsin sena ilu. Kien magħruf bħala l-ħabs bl-iktar sigurtà stretta u s-simbolu tal-ġustizzja Amerikana. Minn meta’ għalaq beda jilqa’ miljuni ta’ turisti u jinġibdu l-films fih.
Il-ħabs jiġbed il-folol kurjużi għax kien laqa’ fih uħud mill-iktar kriminali perikolużi tal-pajjiż – Al Capone, George ‘Machine Gun’ Kelly u Alvin ‘Creepy’ Karpis.
Biex jitfakkar il-50 anniversarju minn meta ingħalaq Alcatraz, tnediet wirja ta’ ritratt li instabu riċentement u li juru l-aħħar siegħat tal-ħabs, fost l-oħrajn meta l-priġunieri li kien hemm fih ittieħdu f’ħabsijiet oħra.

http://c.brightcove.com/services/viewer/federated_f8/1418452869