50 sena mid-Digriet dwar il-vokazzjoni u l-missjoni tal-lajċi

Qed tiġi organizzata ġurnata ta’ studju biex jitfakkar il-50 sena minn meta l-Konċilju Vatikan it-Tieni li fl-1965 nieda d-Digriet Apostolicam Actuositatem dwar il-vokazzjoni u l-missjoni tal-lajċi fil-Knisja u fid-dinja tal-lum.
Fr Paul Fenech, Viċi President tal-Organiżmu Internazzjonali għas-Servizz tas-Sistema ta’ Ċelloli Parrokkjali għall-Evanġelizzazzjoni, se jattendi għal din il-ġurnata studju nhar it-Tlieta li ġej fl-Università Pontifiċja tas-Santa Croce f’Ruma.
Hu se jkun akkumpanjat minn Dr Federica Romersa, li hi membru tal-Kummissjoni Teoloġika tal-istess Organiżmu.