50 professjonist jitħarrġu fid-dimensja

50 professjonist jitħarrġu dimensja
Ritratt - DOI, Omar Camilleri

Is-segretarjat parlamentari għal persuni b’diżabilità nieda programm ta’ taħriġ għal 50 professjonist mis-settur pubbliku u minn għaqdiet mhux governattivi (NGOs) biex ikunu jistgħu joffru taħriġ tal-memorja lil persuni li jbatu bid-dimensja.

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità Anthony Agius Decelis qal li dan it-taħriġ huwa parti mill-Istrateġija Nazzjonali għad-Dimensja fil-Gżejjer Maltin 2015 – 2023 u enfasizza l-bżonn ta’ kordinazzjoni bejn is-servizzi tas-saħħa u l-bżonn ukoll ta’ aktar riżorsi mfassla skont il-ħtiġijiet ta’ kull persuna individwali.

L-istqarrija tispjega li l-programm qed ikun organizzat mill-International Institute on Ageing, tan-Nazzjonijiet Uniti f’Malta b’kollaborazzjoni ma’ EURAG Memory Training Centre fi Praga, Czech Society for Memory Training u Brain Jogging flimkien mad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.