50 persuna taw id-demm ilbieraħ

Bżonn ta' demm O Positive u A Positive

Is-Servizz Nazzjonali tat-Transfużjoni tad-Demm ħabbar li hemm bżonn ta’ għadd sostanzjali ta’ boroż tad-demm, fost l-iktar importanti jinħtieġ demm tat-tip O positive, kif ukoll tat-tip A positive.

Fl-istess waqt irringrazzjaw lil dawk il-50 persuna li marru jagħtu d-demm ilbieraħ, it-Tnejn 30 ta’ Novembru.

Bżonn ta' għadd sostanzjali ta' boroż tad-demm, fost l-iktar importanti ninħtieġu demm tat-tip O positive, kif ukoll…

Posted by National Blood Transfusion Service – Malta on Monday, November 30, 2020

Filwaqt li l-pubbliku hu mħeġġeġ biex ixerred dan l-appell, infakkrukom is-Servizz Nazzjonali tat-Transfużjoni tad-Demm fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa jiftaħ kuljum 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm.  

F’Għawdex illum it-Tlieta 1 ta’ Diċembru l-għoti tad-demm se jsir fil-Berġa tax-Xewkija mis-1:00pm sal-5:00pm.

Noti importanti!

Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

Kull min ser jersaq biex jagħmel it-test, jew qed jistenna r-riżultat tal-coronavirus ma jkunx jista’ jitħalla jagħti demm għal perjodu temporanju.