50 persuna mmultati €100 għax kienu fi gruppi

Read in English.

Il-Pulizija mmultat €100 lil 50 persuna għax kienu f’ġemgħat t’aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi.

Il-Gvern qal dan fil-bullettin li qed jinħareġ kuljum dwar l-imxija tal-coronavirus. Intqal li dawn il-multi nħarġu waqt ir-rondi lil-Pulizija qed tagħmel biex il-pubbliku josserva l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Intant ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fis-639 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Il-Gvern temm b’appell biex kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet