​50 persuna jitilfu l-liċenzja tas-sewqan minħabba l-punti

50 persuna, matul din is-sena, tilfu l-liċenzja tagħhom tas-sewqan peress li laħqu l-massimu ta’ 12-il punt li jistgħu jitneħħewlhom minħabba kontravenzjonijiet.
Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi qal dan fil-Parlament hekk kif spjega li bħalissa hemm 16,154 persuna li għandhom il-liċenzja tagħhom li għaliha tapplika s-sistema tal-punti.
Spjega li l-liċenzji l-ġodda tas-sewqan kollha joħorġu b’sistema ta’ punti sakemm jgħaddu l-ewwel tliet snin mill-ħruġ tal-liċenzja.
Il-Ministru qal li l-Gvern ippropona li, fuq medda t’għaxar snin, is-sistema ta’ punti tinfirex fuq is-sewwieqa kollha. B’hekk isservi ta’ deterrent għal ksur ta’ regoli b’mod ripetut.