50 persuna evakwati minn lukanda li nħakmet min-nirien

Madwar 50 persuna ġiet evakwata minn lukanda f’Deeside f’Wales, hekk kif membri tas-servizzi ta’ emerġenza ssieltu ma’ nirien li ħakmu l-binja kmieni dalgħodu.  
45 ħaddiem tat-tifi tan-nar ipprovaw jikkontrollaw nar li qabad fuq il-bejt tal-lukanda Gateway to Wales fil-5.30am.
Minbarra li d-duħħan ikkawża konġestjoni qawwija fit-toroq tal-madwar, l-iskola primarja Sealand kellha tibqa’ magħluqa għal-lum minħabba l-foga.   
Ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.
Il-Pulizija sejħet għal investigazzjoni dwar il-kawża tan-nirien.