50 persuna bżonn l-għajnuna fl-ibħra Maltin – Alarm Phone

SeaWatch

Read in English.

Alarm Phone qalet li dgħajsa b’50 persuna abbord tinsab fil-periklu fl-ibħra Maltin.

Dan kitbitu fuq Twitter għall-ħabta tas-1.25am, wara li dawn il-persuni kkuntattjawha għall-għajnuna.

Oriġinarjament l-NGO qalet li d-dgħajsa li telqet mil-Libja tinsab fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Taljana, ftit ‘il bogħod minn Lampeduża, iżda ftit wara l-NGO kkoreġiet ruħha u qalet li d-dgħajsa tinsab fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija.

Hija appellat lill-awtoritajiet biex joffru port sigur lil dawn il-50 immigrant f’periklu.

Bħalissa Malta qiegħda żżomm lil għadd ta’ immigranti fuq żewġ vapuri tal-Captain Morgan mikrijin, ftit mili ‘l barra mix-xtut Maltin. Tliet għaqdiet Maltin kitbu lill-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni Ylva Johansson biex jinfurmawha dwar is-sitwazzjoni tal-persuni li jinsabu fuq id-dgħajjes li nkrew biex iżommu lill-immigranti peress li skonthom, dawn mhumiex addattati.