50 miljun pinta birra minħabba t-Tieġ Irjali u l-finali tal-FA Cup

Il-pubs Ingliżi llum mistennija jservu madwar 50 miljun pinta birra fil-pubs u l-parks, hekk kif it-Tieġ Irjali nserta fl-istess ġurnata tal-final tal-FA Cup Ingliża.
Ħafna min-nies fl-Ingilterra se jkunu jistgħu jgawdu flixkun birra jew tazza nbid f’wieħed mill-parks pubbliċi madwar il-pajjiż, li kollha tellgħu big screens għal dawn iż-żewġ okkażjonijiet.
Diversi sidien ta’ bars qalu li qed jistennew il-ġurnata tal-lum bħala l-aktar waħda bieżla tas-sena kollha.
It-Tieġ Irjali se jibda f’nofsinhar, iżda ħafna bars fetħu fis-7 ta’ dalgħodu minħabba regolamenti speċjali.
Miljuni ta’ Ingliżi jkomplu jixorbu sal-lejla fejn il-pubs jibqgħu miftuħa sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
Il-finali tal-FA Cup se tkun bejn Manchester United u Chelsea.