Read in English.
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 50 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 124 persuna. Il-każijiet il-ġodda ħarġu mill-2,497 swab test li saru.
Dan ifisser li f’Malta issa hawn 1,362 każ attiv tal-Covid-19.
Ilbieraħ tħabbru 70 każ ġdid tal-Covid-19, u żewġ imwiet. L-għadd ta’ mwiet tela’ għal 203.
Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, imma mis-70 każ tal-bieraħ kien hemm:
- 25 każ minn fost membri tal-familja ta’ nies bil-virus
- 9 każijiet minn fuq postijiet tax-xogħol
- 14-il każ minn nies li kellhom kuntatt dirett ma’ nies bil-virus
- 5 każijiet minn attivitajiet soċjali
Dan ifisser li l-oriġini ta’ 17-il każ għadha ma nstabitx.
L-aħħar imwiet
Żewġ vittmi oħra tal-Covid-19
L-aħħar każijiet
70 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 130