50 jinqatlu fi splużjoni qrib moskea fin-Niġerja

Splużjoni qrib moskea f’Mubi, in-Niġerja, ħalliet minn tal-inqas 50 mejta.
Il-midja internazzjonali qed tgħid li żagħżugħ sploda l-isplussiv fit-tentattiv li joqtol jew jagħmel ħsara fil-moskea u n-nies tagħha.
Aktarx iż-żagħżugħ sploda lilu nnifsu wara li tħabbeb man-nies fit-triq biex ikun jista’ jħalli l-akbar impatt.
L-isplużjoni seħħet fiż-żona magħrufa bħala Unguwar Shuwa.
Għad m’hemmx indikazzjonijiet min seta’ wettaq l-attakk, iżda l-grupp terroristiku Boko Haram sikwit iwettaq attakki simili.
Fil-fatt l-istil li twettaq bih jaqbel eżatt mal-istil tal-Boko Haram, il-grupp Iżlamist li ħala madwar 20,000 mejta u 2.6 miljun persuna kellhom jaħarbu mill-2009 meta beda bit-terrur tiegħu.
Aktar dettalji mal-ħin…