50 immigrant fl-ibħra territorjali Maltin – Alarm Phone

Read in English.

Madwar 50 immigrant jinsabu fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija. Kienet l-organizazzjoni mhux governattiva, Alarm Phone, li nterċettat id-dgħajsa bl-immigranti.

Alarm Phone kitbet fuq Twitter li għall-ħabta tal-5:09 ta’ dalgħodu avzat lill-awtoritajiet Maltin u dawk Taljani sabiex jassistu.

L-NGO kitbet wkoll li hu d-dmir tal-Forzi Armati ta’ Malta l-AFM li ssalva lil dawn il-50 immigrant.