50,000 persuna jmutu bil-Covid-19 fl-Italja

L-ammont ta’ persuni li mietu bil-Covid-19 fl-Italja qabeż il-50,000. Din iċ-ċifra inqabżet il-bieraħ wara li kienu reġistrati 630 mewt relatati mal-Covid-19. Fil-jum ta’ qabel l-ammont ta’ nies li mietu bil-Covid-19 kien ta’ 562. 

L-Italja kien l-ewwel pajjiż fil-punent tal-Ewropa li formalment rraporta l-ewwel każijiet ta’ Covid. B’dan in-numru ta’ mwiet, l-Italja hija s-sitt pajjiż fid-dinja li qabeż il-50,000 mewt u t-tieni wieħed fl-Ewropa wara r-Renju Unit. 

Il-Ministeru tas-saħħa Taljan rraporta 22,930 każ fl-aħħar 24 siegħa. Ċifra relattivament inqas minn dik rapurtat il-jum ta’ qabel.