50% ċans li l-istruttura ta’ Notre Dame ma tiġix salvata

Euronews

Ir-rettur tal-Katidral ta’ Notre Dame qal li hemm 50% ċans li l-istruttura ma tiġix salvata. Dan minħabba li l-scaffolding li kien installat qabel ma l-Katidral ħa n-nar, huma ta’ theddida għall-arkati tal-monument Gotiku.

Il-Monsinjur Patrick Chauvet qal li x-xogħol ta’ restawr mhux se jibda qabel 2021. Hu esprima d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li ma setax isir is-servizz tal-Milied din is-sena, għall-ewwel darba mindu seħħet ir-Rivoluzzjoni Franċiża.

Il-katidral li jmur lura għas-seklu 12 kien qed jiġi rrestawrat fiż-żmien meta aċċidentalment ħa n-nar f’April ta’ din is-sena. In-nar qered is-saqaf. B’hekk m’għadx fadal xi jżomm l-istruttura massiva. L-arkati Gotiċi huma kruċjali biex jgħinu jżommu l-istruttura wieqfa, iżda huma vulnerabbli.

Raġuni oħra l-għaliex għadu wisq ta’ periklu li jsiru servizzi reliġjużi ġewwa l-katidral hu minħabba t-tunnellati ta’ trab tossiku taċ-ċomb li ħareġ waqt in-nar. L-awtoritajiet qed jaħdmu biex inaddfu dan.

Uffiċjali tal-Knisja stmaw li matul l-istaġun tal-festi żaru l-istruttura maż-żewġ miljun persuna minn madwar id-dinja.