50 akkuża għal tnejn dwar traffikar ta’ persuni

Żewġ żgħażagħ se jitressqu quddiem il-Qorti fl-Irlanda mixlija b’50 akkuża dwar traffikar ta’ persuni u xogħol ta’ bilfors.
L-irġiel, li għandhom 23 u 31 sena, ġew arrestati f’ħidma tal-Pulizija kontra l-isfruttament tax-xogħol.
Huma jinsabu akkużati bi 12-il akkuża dwar traffikar ta' persuni u 12-il akkuża oħra talli ħaddmu għadd kbir ta’ persuni mingħajr liċenzja.
Il-Pulizija arrestaw ukoll żagħżugħ ta’ 27 sena b’rabta ma’ każi simili.
Fl-aħħar ġimgħa, il-Pulizija ħelsu 14-il raġel u sitt nisa, kollha Rumeni, li kienu qed jiġu sfruttati.