5 vittmi oħra tal-Covid-19

mater dei

Read in English.

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa mietu 5 persuni. B’hekk it-total ta’ vittmi tal-Covid-19 huwa ta’ 215-il persuna.

Fl-ewwel każ anzjana ta’ 88 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-22 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tieni każ anzjana ta’ 93 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Diċembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fit-tielet każ, anzjan ta’ 86 sena li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid19 fit-13 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fir-raba’ każ anzjan ta’ 95 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Diċembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Fil-ħames każ anzjan ta’ 77 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Diċembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.

Illum tħabbru 101 każ ġdid tal-Covid-19.