5 vetturi jieħdu n-nar f’Birkirkara

Ħames vetturi sofrew ħsarat estensivi jew inqerdu għal kollox meta nħakmu minn nirien.

L-inċident seħħ fi Triq il-Ġirasol f’Birkirkara bil-pulizija jkunu infurmati għall-ħabta tal-4am.

Fuq il-post marru wkoll ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kellhom jissieltu biex jikkontrollaw in-nirien.

Il-Maġistrat tal-Għassa Neville Camilleri ordna inkjesta fuq il-każ.