5 snin mit-terremot ta’ Ħaiti

Għaddew ħames snin mit-terremot qawwi fil-Ħaiti li ħalla mal-220,000 ruħ mejta u mat-tliet miljun ruħ mingħajr dar.
Skont l-organizzazzjoni Save the Children, għalkemm il-pajjiż għadu lura milli jirkupra, f’dawn is-snin kien hemm progress, fosthom li llum mas-70% tat-tfal qed jattendu l-iskola mqabbel ma’ 50% qabel it-terremot.
Sal-lum, hemm iktar minn 85,000 ruħ –iktar minn nofshom, tfal li għadhom jgħixu fi djar temporanji.
Fost l-organizzazzjonijiet li qed jgħinu lill-popolazzjoni, hemm l-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta li qed tipprovdi kura lill-morda u taħriġ f’każ ta’ diżastru simili.