Għaddew ħames snin minn meta nstab mejjet iż-żagħżugħ Justin Plette f’San Ġiljan fl-2015.
Omm Plette kitbet fuq Facebook li d-data ta’ meta miet tibqa’ waħda diffiċli. Qalet li għalkemm għaddew ħames snin in-niket tat-telfa ta’ binha jibqa’ hemm.
Il-każ għadu sal-lum ma ġiex solvut.
Il-familja ta’ Plette li miet fl-età ta’ 22 sena temmen li miet wara li xi ħadd iddrogah biex jisirqu. Plette nstab mingħajr il-mobile u l-kartiera tiegħu ħdejn il-baħar.
Il-famlija tiegħu kienet qalet li żagħżugħ ieħor kien ġralu l-istess però li dan kien irnexxielu jqum wara li għaddew l-effetti tad-droga minn fuqu.