5 snin mill-mewt tan-Nanna Katrin

Kien bħal lum 5 snin li l-attriċi Maryrose Bonello ħallietna. Hi tibqa’ mfakkra għal bosta karattri li nterpretat fuq it-televiżjoni b’mod speċjali bħala Rożi fis-sensiela Wenzu u Rożi u dak tan-Nanna Katrin fis-sensiela Simpatiċi.

Bonello kienet mietet fl-età ta’ 80 sena. Bħala attriċi bdiet il-karriera tagħha fl-1952 u waqfet fl-1960. Irritornat lura fl-1975 bl-ewwel parti televiżiva tagħha, dik ta’ Rożi.

Ritratt: Fcaebook/FridaCauchi

Bonello kisbet l-edukazzjoni tagħha fil-kulleġġ tas-Sacred Heart u l-ewwel xogħol tagħha fit-Teatru Manoel kien permezz tal-produzzjoni Crime and Punishment.

Hermann Bonaci, li għal snin twal ħadem qrib Bonello, kien ukoll ħareġ kanzunetta dedikata lil din l-attriċi, u l-karattru li baqa’ popolari sal-aħħar nifs ta’ ħajjitha, dak ta’ Katrin.