5 snin mill-mewt ta’ Dr Maria Sciberras

Illum jaħbat il-ħames anniversarju mill-mewt ta’ Dr Maria Sciberras, pijuniera fil-kampanja ta’ għarfien kontra l-vizzju tad-droga u kienet minn tal-ewwel li ħadmet biex f’Malta jkun hawn Ċentru tad-Detox, li jinsab biswit l-Isptar San Luqa. 

Tul il-karriera, fl-1989 ingħatat ukoll il-premju ta’ Ħaddiem tas-Sena.

Kienet miżżewwġa lit-tabib Ray Sciberras u kellhom żewġt itfal. Dr Sciberras mietet fl-età ta’ 75 sena.

Il-ħidma tagħha baqgħet tinħass sal-lum u baqgħet imfaħħra minn bosta li ħadmet magħhom matul is-snin.

Strieħ fis-sliem!