​5 snin ħabs għal Għawdxi li kien imexxi d-droga

Għawdxi akkużat li ttraffika d-droga weħel ħames snin ħabs u multa. Dan wara li ħames persuni xehdu li kienu xtraw id-droga eroina mingħandu. L-akkużat huwa Joseph Bajada ta’ 63 sena mix-Xagħra.
Wieħed mix-xhieda spjega kif kien iċempel lill-akkużat biex jixtri d-droga wara li jiftiehmu li jitlaqgħu quddiem restorant f’Għawdex. Xhud ieħor semma kif kienu jużaw l-kelma ‘fniek’ minflok ‘droga’ meta jitkellmu bejniethom dwar id-droga.
Il-Maġistrat Joe Mifsud fis-sentenza tiegħu, semma kif l-akkużat huwa ħati ta’ offiżi gravi li qed ikomplu jgħarrqu s-soċjetà. Għaldaqstant ordna sentenza ta’ 5 snin ħabs u multa ta’ €3,500, minbarra spejjeż oħra tal-Qorti.