5 sinjali li qed jaffettwawlek ir-relazzjoni

Il-passat li ngħaddu minnu jaffettwa dejjem dak li nagħmlu fil-futur. Xi drabi f’relazzjonijiet romantiċi, xi nies jispiċċaw jirrepetu l-atteġġjamenti antiki tagħhom mal-maħbub preżenti. Imma x’inhuma s-sinjali ta’ dan?
Dejjem tkun attirat lejn l-istess tip ta’ niesXi drabi tispiċċa toħroġ ma’ persuni li għandhom l-istess vizzji. Dan tispiċċa tagħmlu sakemm tirrealizza x’kien li weġġgħek fir-relazzjoni ta’ qabel u bil-mod il-mod tibda tfiq minn din il-weġgħa.
Tbati sabiex tispjega ruħek dwar affarijiet li jdejqukJekk qatt ħassejt li ma kontx mismugħ f’relazzjonijiet oħra, jaf tkun xi ftit aktar aggressiv sabiex twassal il-messaġġ fir-relazzjoni preżenti. Dan jista’ jwassal għal żieda f’argumenti bejn il-koppja.
Il-ħin kollu anzjużLi tkun anzjuż tagħmel l-affarijiet aktar agħar. Waħda mill-aktar raġunijiet validi għal dan l-atteġġjament hu għar-raġuni li fit-tfulija ma kienx hemm min jiggwidak. Ġeneralment tispiċċa tieħu l-affarijiet personali ħafna u tirreaġixxi b’mod impulsiv. B’hekk tikkaġuna kunflitti f’kull tip ta’ relazzjoni.
Ma tirrispettax lilek innifsekJekk kellek relazzjonijiet li kienu diffiċli u forsi abbużivi, jaf tkun qed tonqos milli tirrispetta lilek innifsek propju minħabba dawn l-esperjenzi. Donnu l-passat qed iżommok magħluq f’kaxxa u huwa importanti li tagħraf toħroġ minnha.
M’għandekx tafda aktarDan in-nuqqas jaf jimmanifesta f’paranojja bħal eżempju tibda ssaqsi s-sieħeb jew sieħba tiegħek sabiex tara l-messaġġi fuq il-mowbajl jew il-messaġġi fuq il-midja soċjali. Dan jista’ jwassal għal aktar argumenti u invażjoni fil-privatezza ta’ dak li jkun.
 
Ieqaf, ħu naqra żmien bejn relazzjoni u oħra u aħseb dwar dak li ġara qabel terġa’ tipprova. Ftakar li mhux kulħadd l-istess u pprova kun dejjem pożittiv.