5 sigħat bla attakki f’Gaża u Iżrael

Għall-Gaża llum mistennija tkun ġurnata kwieta, almenu għal ħames sigħat, hekk kif l-Iżrael u l-Ħamas se jkunu qed jieqfu mill-attakki minħabba raġunijiet umanitarji.
Bejn l-għaxra ta’ filgħodu u t-tlieta ta’ wara nofsinhar (ħin f’Gaża), se jieqfu mill-ġlied fuq talba li saret min-Nazzjonijiet Magħquda wara li l-Ħamas irrifjuta l-proposta tal-Eġittu li jerġgħu jibdew in-negozjati għal ftehim ta’ paċi mal-Iżrael.
Sadanittant għadu tiela’ l-għadd ta’ persuni mejta f’Gaża.  Fl-aħħar attakk mietu sitt itfal, b’erba’ minnhom  jinqatlu mir-rokits Iżraeljani waqt li kienu fuq il-bajja. 
Sal-bieraħ stess, fuq l-Iżrael niżlet xita ta’ rokits meta l-Ħamas spara mijiet ta’ rokits fuq diversi żoni tal-pajjiż.