5 puntati oħra ta’ Issa Naraw

Issa Naraw ikompli jixxandar fuq TVM mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm. Dan hu dak li se jiġri ġurnata b’ġurnata matul din il-ġimgħa.

It-Tnejn 25 ta’ Mejju

Marija, flimkien ma’ Suzanne u Stephanie, iħejju biex itellgħu wirja fil-Mużew tal-Arti. Jinqalgħu ħafna argumenti bejniethom għax ma jaqblux kif għandhom isiru l-affarijiet. In-nannu Lino jagħmilha tal-medjatur imma tiġih agħar.

It-Tlieta 26 ta’ Mejju

John jidħol id-dar u ma jsib lil ħadd. Kulħadd hu mħabbat u milli jidher hu se jagħmel il-lejla waħdu. Jiddejjaq għax dan il-jum hu għeluq sninu u ħadd ma jiftakar. Iferra grokk għalih biex joqgħod jiċċelebra l-jum importanti waħdu.

L-Erbgħa 27 ta’ Mejju

In-nannu Lino jibqa’ waħdu d-dar meta l-membri tal-familja jmorru l-quddies. Jiġi jarah wieħed li n-nannu ma tantx għandu pjaċir bih. Fil-fatt iqum l-inkwiet u n-nannu għal daqsxejn ma jkorrix.

Il-Ħamis 28 ta’ Mejju

Tony jiddeċiedi li jrid isir illużjonista. Bħas-soltu jitlob l-għajnuna tan-nannu Lino li jaċċetta taħt xi kundizzjonijiet. Marco jitlob lil John u lil Lino biex jagħmlu pjaċir għall-ħabib tiegħu li se joħrog għall-Kunsill Lokali…

Il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju

In-nannu Lino jiġi jżuru karattru veru ħelu, Ċensu li kien jgħix f’razzett bejn is-Swieqi u San Ġwann. Ċensu jitlob l-għajnuna tan-nannu Lino għax it-tifla tiegħu se tiżżewweġ fl-Ingilterra lil żagħżugħ kunjomu Churchill. Lino togħġbu l-idea.