5 puntati ġodda ta’ Sorelle

Din il-ġimgħa se jkunu qed jixxandru ħames puntati ġodda tas-sensiela Sorelle li Rewind qed jippreżentaw mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm fuq TVM.

Illum naraw lil Scicluna iċempel lil Vince biex jgħidlu li l-avukat kien qed isegwi lil Jodi u lil Lorraine. X’se tgħidlu l-Maġġur Bonaci?

Janice tmur l-uffiċċju u ssib lil Gina fil-kamra tagħha. X’kienet qed tagħmel hemm?

Għaliex Vince iċempel id-dar tiegħu?

Il-Maġġur tkellem lil Scicluna. X’se tistaqsih?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa. Il-puntati jkollhom repetizzjoni fl-istess jum fil-11.25pm u l-għada fis-6.15am.

Il-puntati ta’ ġimgħa sħiħa jixxandru s-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.