5 pulizija fi Bristol midruba wara attakk minn priġunier

Ħames uffiċċjali ta’ ħabs fi Bristol spiċċaw indarbu wara li ġew attakkati minn priġunier.

Kelliema għall-ħabs li tkellmet ma’ media internazzjonali qalet li l-uffiċċjali ttieħdu l-isptar. Sarah Rigby, mill-Prison Officers Association (POA), qalet li l-priġunier ġie trasferit f’ħabs ta’ sigurtà massima.

Rigby sostniet li l-ħabsi inkwistjoni qatt ma messu nħareġ mill-ħabs ta’ sigurtà massima. Qalet li l-uffiċjali midruba issa nħarġu mill-isptar u jinsabu fi djarhom. Qalet li tittama li huma jaqilbu għall-aħjar.

Il-ħabs HMP Bristol bħalissa jospita 520 priġunier maskili u numru limitat ta’ żgħażagħ. Hemm priġunieri li ħarġitilhom is-sentenza u oħrajn li għadhom qed jistennew is-sentenza tagħhom tinqata’. F’dan il-ħabs, il-maġġoranza tal-priġunieri jkollhom sentenza ta’ inqas minn 12-il xahar.