5 proposti għall-yacht marina f’Sa Maison

Transport Malta rċeview ħames offerti minn daqstant konsorzji biex iħaddmu l-marina f’Sa Maison għal 25 sena.
Iktar kmieni din is-sena, l-awtorità tat-trasport ħarġet sejħa għal proposti biex finalment tagħżel lil dik il-kumpanija jew konsorzju biex iħaddmu, jiżviluppaw u jimmaniġġjaw il-yacht marina f’Sa Maison fil-post fejn s’issa jittrakkaw il-vapuri tal-Gozo Channel.
Il-yacht marina se tkun waħda milqugħa minn kull temp u se tesa’ sa 240 dgħajsa.
Il-ħames konsorzji li bagħatu l-proposti tagħhom, huma operaturi stabbiliti fil-qasam.
Transport Malta qalet li diġà bdiet il-proċess ta’ evalwazzjoni biex jintagħżel l-operatur fl-iqsar żmien possibbli. 

Il-ħames konsorzji huma: 
1. Marina di Valletta Consortium
2. Valletta Marina Consortium
3. CGS Consortium
4. Harbour Management Ltd
5. Valletta Marina Consortium