5 proġetti Għawdxin minn Fondi Ewropej

L-akbar proġett kapitali Għawdxi magħżul mill-Gvern biex jibbenefika mill-fondi Ewropej taħt il-Programm tal-Fondi Ewropej attwali 2014-2020 hu l-estensjoni tal-park industrijali fix-Xewkija b’investiment ta’ €10 miljun li minnu diġa tħallsu €3.6 miljun.
Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Helena Dalli qalet li l-kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea huwa ta’ 80%, waqt li l-20% l-oħra joħroġu mill-kaxxa ta’ Malta. L-erba’ proġetti Ghawdxin magħżula huma t-tisbieħ taċ-ċentru amministrattiv fir-Rabat b’investiment ta’ €1.3 miljun, il-bini ta’ mużew reġjonali li se jiswa €3.3 miljun kif ukoll ir-rijabilitazzjoni ta’ mitħna fix-Xewkija u tisbieħ taż-żona tal-Għar ta’ Ulysses li jinkludi passaġġ għar-roti u tal-mixi kif ukoll apparat għall-eżerċizzju fiżiku f’dik iż-żona.