5 persuni oħra jmutu fil-ġlied f’Gaża

REUTERS/Ibraheem Abu Mustafa

Palestinjani armati qatlu suldat Iżraeljan fil-fruntiera tal-Gaża, qal il-militar Iżraeljan. Il-militar Iżraeljan mbagħad wettaq għexieren t’attakki f’Gaża li qatlu erba’ Palestinjani, inkluż tlieta li jiffurmaw parti mill-Ħamas.

Is-suldat kien l-ewwel li nqatel fil-fruntiera tal-Gaża waqt li kien qiegħed jagħmel dmiru minn mindu kien hemm il-gwerra ta’ 2014 bejn l-Iżrael u l-Ħamas, qal kelliem tal-armata Iżraeljana.

Minn tal-inqas 4 Palestinjani mietu fl-attakki Iżraeljani li ġew wara, skont uffiċjali mediċi Palestinjani. Ħamas, il-moviment Islamiku li tikkontrolla l-Gaża, qalet li tlieta mill-imwiet kienu l-ġellieda tagħha. Ir-raba’ kien demostrant. Minn tal-inqas 120 Gażani ġew midruba.