5 persuni oħra jmutu bil-Covid-19

Mater-Dei-Hospital
Miguela Xuereb

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li mietu ħames persuni oħra waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

L-ewwel każ huwa ta’ anzjan ta’ 77 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-10 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

It-tieni każ huwa ta’ anzjan ta’ 74 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-22 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

It-tielet każ huwa ta’ anzjan ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-22 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Ir-raba’ każ huwa ta’ anzjana ta’ 80 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-ħames każ huwa ta’ anzjana ta’ 91 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni b’hekk biss nistgħu nipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

B’hekk fil-pajjiż issa mietu total ta’ 146 persuna bil-Covid-19.