5 persuni jmutu bil-Covid-19

Ritratt: Pixabay

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li ħames persuni oħra mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

L-ewwel każ huwa ta’ anzjana ta’ 76 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-7 ta’ Diċembru. Hi mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

It-tieni każ huwa ta’ anzjan ta’ 66 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru. Hu miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

It-tielet każ huwa ta’ anzjan ta’ 79 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-15 ta’ Novembru. Hu miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Ir-raba’ każ huwa ta’ anzjan ta’ 88 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Diċembru. Hu miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-ħames każ huwa ta’ anzjana ta’ 94 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Novembru. Hi mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex anke f’dawn il-ġranet ta’ festi nibqgħu viġilanti u nsegwu l-miżuri ta’ prevenzjoni.