5 nisa fost 19-il supretendent maħtura

Ritratt: MHAS

19-il supretendent, fosthom 5 nisa, ġew maħtura f’ċeremonja fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia ppreżenta din iċ-ċeremonja filwaqt li l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kien preżenti.

Wara din il-ħatra, l-Korp tal-Pulizija se kollu 30 supretendent li se jsevu fid-distretti, fl-iskwadri investigattivi, kif ukoll fis-sessjoni amministrattiva u fis-support loġistiku. Cutajar qal li l-ħatriet saru skond ir-ristrutturar tal-Korp u saħaq li l-korp għandu jaħdem bħala tim.

Farrugia saħaq li din il-kariga ġġib magħha iktar responsabbiltà u jistenna li dawk preżenti u ġodda jieħdu inizzjattiva u mhux biss jistennew biss l-ordnijiet. Il-Ministru awgura lis-supretendenti maħtura fil-kariga tagħhom u rringrazzja lill-membri kollha tal-korp għas-servizz tagħhom.