Nassaba Maltin arrestati f’Ragusa wara li qabdu mal-100 għasfur

Ħames nassaba Maltin inżammu arrestati mill-awtoritajiet f’Ragusa wara li bdew jonsbu illegalment għall-għasafar.
Il-Pulizija ta’ Ragusa arrestat lin-nassaba Maltin wara li dawn bdew jużaw għasafar oħra miżmuma bil-gaġġeġ biex jgħajtu għasafar oħra li jispiċċaw fi xbieki.
L-arrest sar f’medda bejn Ragusa u Modica u l-Maltin jinsabu akkużati fost l-oħrajn b’moħqrija tal-annimali.
Il-Pulizija Taljana qed issostni li l-Maltin kienu diġà qabbdu mal-100 għasfur u qed isostnu li l-Maltin kellhom biżżejjed tagħmir biex jaqbdu b’kollox mal-500.
Qed jingħad li dawn kienu se jiġu importati f’Malta biex jinbiegħu.
Wara l-arrest, il-Pulizija ħelsu l-għasafar kollha u ssekwestraw il-gaġġeġ, ix-xbieki u t-tgħamir tan-nassaba.