5 modi kif tevita l-coronavirus

(Miguel MEDINA / AFP)

Read in English.

Il-Gvern illum ħabbar li f’Malta s’issa m’hawn l-ebda każ tal-coronavirus, iżda elenka lista ta’ miżuri li għandhom jieħdu n-nies biex jevitaw li taqbadhom xi infezzjoni respiratorja.

  • Aħsel idejk ta’ sikwit bis-sapun u l-ilma, jew b’likwidu alkoħoliku u hand rub
  • Ibqa’ d-dar jekk tħossok ma tiflaħx; tmurx ix-xogħol jew l-iskola sakemm jgħaddilek
  • Iżżurx pazjenti l-isptar jekk int ma tiflaħx
  • Uża tissue biex tgħatti ħalqek u mnieħrek meta tisgħol u tagħtas; armi t-tissues użati mill-ewwel; tħallix tissues jiġru
  • Tisgħolx jew tagħtasx f’idejk, peress li jaf tikkontamina oġġetti jew nies li tmiss

Waranofsinhar saret konferenza stampa mis-Sovritendenza għas-Saħħa Pubblika, li fiha, is-Supretendent għas-Saħħa Prof. Charmaine Gauci tkellmet fuq il-miżuri li qegħdin jittieħdu kontra dan il-virus.