5 mejta wara li ferrovija Franċiża toħroġ mil-linja

Ħames persuni sfaw mejta u sebgħa oħra mweġġgħin wara li ferrovija TGV ta’ veloċità għolja ħarġet ‘il barra mil-linji tal-ferrovija.
It-tiġrif seħħ waqt test run f’Eckwershaim fuq linja ġdida li tgħaqqad lil Pariġi ma’ Strasburgu. Rapporti jgħidu li dak il-ħin kien hemm tekniku abbord il-ferrovija.
L-imweġġgħin ittieħdu l-isptar bil-ħelikopters.
Sorsi internazzjonali qed jgħidu li t-tiġrif seħħ minħabba veloċità eċċessiva.
Din il-linja mistennija tiftaħ is-sena d-dieħla.