Aġġornata: 5 l-isptar inkluż tifel wara li allegatament sploda murtal

Read in English.

Ħames persuni, inkluż tifel, ittieħdu l-isptar wara li murtal aktarx sploda f’parkeġġ. Dan skont rapporti li dehru fil-midja, li iżda ma ġewx ikkonfermati mill-Pulizija.

Tliet Belġjani u żewġ Maltin ġarrbu xi ġrieħi wara splużjoni f’parkeġġ ta’ kumpless kummerċjali fiż-Żejtun. Il-Maltin, tifel ta’ 12-il sena u mara ta’ 32 sena, sofrew xi uġiegħ f’widnejhom li jista’ jkun gravi.

Il-każ seħħ illejla għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħaxija fi Vjal il-25 ta’ Novembru.

Il-kundizzjoni tal-persuni Belġjani għadha mhix magħrufa.