5% kumpens fuq il-marka tal-eżami tat-Taljan

Il-bord tal-MATSEC ħabbar li se jkun qed jagħti 5% kumpens għall-marka tal-eżami tal-'listening comprehension' tal-O-level tat-Taljan.
Dan wara l-ilmenti li kien hemm fuq il-kwalità tal-awdjo, tant li wassal biex il-MATSEC tinvestiga dan il-każ.
Il-kumpens se jingħata fuq il-marka miksub mill-istudenti f'din il-parti tal-eżami.
Jekk jixtiequ, l-istudenti għandhom ukoll l-għażla li jerġgħu jpoġġu għall-eżami.
Sabiex ikollhom indikazzjoni ċara ta' kif marru l-istudenti f'dan l-eżami, ġew ikkoreġuti 25% tal-karti tal-istudenti li għamlu dan l-eżami, fosthom ta' studenti Għawdxin. Dan sabiex il-kumpens li jingħata jkun raġjonevoli mal-konsegwenzi li kellhom ibatu l-istudenti.
Kopja sħiħa tar-rapport tista' tinkiseb hawn.