5 każi ġodda tal-coronavirus; 3 jfiqu

Miguela Xuereb

Instabu f’Malta total ta’ 5 każi ġodda tal-coronavirus. Dan ħareġ minn infografika ppubblikata mill-paġna tal-Ministeru għas-Saħħa fuq Facebook. Intant, total ta’ tliet persuni fiqu mill-virus.

Il-post tispjega kif il-każi kollha rrappurtat llum jiffurmaw parti minn cluster wieħed ta’ 13-il każ.

Dan ifisser li issa fil-pajjiż hawn total ta’ 31 każi attivi tal-coronavirus. B’kollox instabu 640 persuni pożittivi għall-virus minn meta nstab l-ewwel każ s’issa. Minnhom 600 fiqu, filwaqt li 9 mietu.

Ilbieraħ saru total ta’ 904 swab tests. B’kollox x’issa saru total ta’ 78,788 swab test.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/photos/rpp.101043071614245/150764026642149/?type=3&theater

Propju lbieraħ, instabu total ta’ tliet każi ġodda wara 851 swab test, intant it-Tlieta kienu nstabu żewġ każi ġodda.