5 karozzi jaħbtu fil-mina taħt Skatepark

Aġġornat 07:48 AM
Arkivji

Read in English.

Il-mina taħt Skatepark ingħalqet għal xi ħin ilbieraħ filgħaxija bejn id-9pmu l-10pm hekk kif fil-karreġjata ta’ Triq Reġjonali fid-direzzjoni lejn San Ġiljan ħabtu 5 karozzi waħda wara l-oħra.

Il-Pulizija kkonfermaw dan l-inċident li seħħ għall-ħabta tad-8.45pm.

Karozza misjuqa minn raġel ta’ 26 sena mill-Pietà skidjat u ħabtet mal-ħajt. Dan wassal biex seħħew żewġ kollużjonijiet separati aktar tard bejn erba’ karozzi oħra.

Ambulanza ssejħet fuq il-post iżda ħadd ma ttieħed l-isptar.