Read in English.
Il-Partit Laburista ħabbar li rċieva ħames nominazzjonijiet għall-ħames karigi li ġew vakati fl-Amministrattiv fosthom nominazzjoni waħda għall-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit.
Daniel Micallef, li sa ftit ilu kien jokkupa l-kariga ta’ President tal-PL kien l-unika wieħed li xeħet in-nomina għall-kariga li ġiet vakata wara r-riżena ta’ Chris Cardona minn Deputat Mexxej.
Il-Kummissjoni Elettorali tal-PL laqgħet ukoll in-nomini għall-karigi ta’ President, Viċi-President, Segretarju Organizzattiv u Segretarju Internazzjonali fi ħdan l-Amministrattiv tal-Partit Laburista.
- Ramona Attard – Għall-kariga ta’ President
- Louis Gatt – Għall-kariga ta’ Viċi-President
- William Lewis – Għall-kariga ta’ Segretarju Organizzattiv
- Marc Vella Bonnici – Għall-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali
Il-votazzjoni se ssir nhar is-Sibt, 25 ta’ Lulju u l-għadd tal-voti jsir dakinhar stess wara li tagħlaq il-votazzjoni.