5 imutu f’ħabta bejn ajruplan u ħelikopter f’Mallorca

Twitter: @iffbaleares

Read in English.

5 persuni mietu f’ħabta bejn ajruplan żgħir u ħelikopter fuq Mallorca, gżira Spanjola. Persuna minnhom hija minuri.

Tnejn mill-ekwipaġġ tal-ħelikopter flimkien ma’ tliet passiġġieri fuq l-ajruplan tilfu ħajjithom fl-inċident, skont rapporti fuq midja Spanjola. L-inċident seħħ madwar is-1.30pm qrib Inca, f’nofs il-gżira. In-nazzjonalitajiet u etajiet għadhom mhux magħrufa.

Il-Prim Ministru ta’ Spanja, Pedro Sanchez, kiteb fuq Twitter u qal li l-ħsibijiet tiegħu qiegħdin mal-familji ta’ dawk li tilfu ħajjithom f’dan l-inċident. Huwa kkonferma li waħda mill-persuni kienet minuri.