5 inkjesti dwar ksur tal-etika mill-għalliema

Read in English.

Bħalissa hemm għaddejjin ħames inkjesti separati mill-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema sabiex ikun stabbilit jekk kienx hemm ksur tal-kodiċi ta’ etika kif allegat.

Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici fil-Parlament hu u jwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Silvio Grixti.

Bonnici spjega li matul dawn l-aħħar sentejn, il-Kunsill dwar il-Professjoni tal-Għalliema rċieva tliet ilmenti fuq għalliem. Intant, dawn l-aħħar sentejn ingħalqu tliet inkjesti.