5 immigranti jegħrqu fil-Mediterran

REUTERS/Stringer

Ħames immigranti għerqu fil-Mediterran, qrib il-kosta Spanjola, filwaqt li 193 ġew salvati mill-istess ibħra. Dan qalu l-gwardjan tal-kosta nhar il-Ħamis li għadda, wara li għerqu sitt ċatriet.

Spanja saret l-iktar pajjiż li jidħlu fih l-immigranti meta jemigraw mill-Afrika għall-Ewropa b’tama għal ħajja aħjar. Dan wara li l-gvern ġdid popolista Taljan irrifjuta li jħalli vapuri ta’ salvataġġ jidħlu fil-pajjiż.

F’filmat jidher li għadd ta’ immigranti niżlu minn vapur ta’ salvataġġ nhar il-Ħamis fil-port ta’ Mortil, tan-Nofsinhar t’ Andalusia.

In-numru t’ immigranti li nstabu mejta s’issa din is-sena diġà qabeż il-153 persuna rrappurtati mejta s-sena l-oħra. Dan skont ċifri mingħand gwardjani tal-kosta Spanjola. Sal-aħħar t’ Awwissu li għadda, 155 immigrant ġew irrappurtati nieqsa jew mejta.